Milied Malti.

Il-Milied jibda fil-25 ta' Diċembru. L-insara jiċċelebraw il-Milied. Kull pajjiż għandu t-tradizzjoni tiegħu. Illum ħa naraw kif f'Malta jiċċelebraw l-Milied. Il-Milied ifakkarna fit-twelid ta' Sidna Ġesu' kristu.



Hemm ħafna tradizzjonijiet Insara bħall purċissjoni tal-Bambin. Fil-purċissjoni tal-Bambin ikun hemm erba' min-nies iġorru l-Bambin u jkun hemm banda ukoll. Tradizzjoni nisranija huma l-għanjiet tal-Milied. Hemm ħafna għanjiet Maltin, l-iżjed famuża hi 'Ninni la tibkix iżjed' Tradizzjoni oħra hi l-prietka tat-tifel u l-quddiesa ta' nofs il-lejl. Hemm diversi simboli u dekorazzjonijiet fosthom is-siġra tsl-Milied. Is-siġra tfisser li Ġesu huwa s-siġra u aħna l-friegħi. Simbolu hu l-bastun taz-zokkor. Il-Maltin iħobbu ħafna dan it-tip ta' ħelu. Dan il-bastun ifakkarna fir-rgħajja li kienu raw lil Ġesu. Dekorazzjoni li bihom inżejnu s-siġra tal-Milied huma l-boċċi tas-siġra tal-Milied. Din tfakkarna meta San Nikola poġġa tliet boċċi tad-deheb fit-tieqa ta' tliet tfajliet fqar. L-aħħar simbolu hi l-ponsjetta. Din il-fjura hi forma ta' stilla u tixxibah mal-istilla ta Betlehem.



Ikel tradizzjonali tal-Milied huwa d-dundjan,il-qagħaq ta' l-għasel,il-pudina u l-imbuljuta.



Dawn it-tradizzjonijiet huma antiki. Huma importanti li nibqgħu niċċelebraw dawn it-tradizzjonijiet biex b'hekk il-ġenerazzjonijiet futuri jkunu jistgħu jkomplu jgawduhom huma ukoll.Il-Milied u s-sena t-tajba.