Maltempata Kbira

Kien il-ġimgħa wara nofsinhar, u kont għadni ġejja mill-iskola. Niftakar niftaħ il-bieb u nsib lill-ġenituri tiegħi fuq is-sufan jaraw l-aħbarijiet. Kienu qed jgħidu li ġej riefnu kbir u aħjar noqogħdu d-dar. Imma ħadd ma kien qed jistenna dik l-estremita' ta' maltempata li kellna!


Il-ħoss tax-xita bil-qliel qajjimni mir-raqda. Ħriġt mill-kamra tiegħi u mort nittawwal. Kienu nfetħu bibien is-sema, sħab iswed u widien fit-toroq ikqaxru kollox. Kienet kesħa xxoqq l-għadam, ma stajtx nissaportiha. Għalhekk mort qbadt kutra u sirt qisni ballun.


Il-kelb ukoll ma tantx ħa gost bir-riħ ivenven u r-ragħad ikarwat. Pjuttost kien qed jibża' minn dawk ix-xfafar tad-dawl ifaqqgħu minn ġos-sema. Il-mama' kienet qegħda fil-kċina ssajjar ftit soppa u missieri kien fl-istudju b'kutra mdawra miegħu.


Wara ftit xgħelt il-mowbajl u qgħadt nibgħat lil ħabibti, meta ommi għajtitli b'ċertu paniku f' leħinha. Mort fl-istudju biex nara x'riedet. Ippuntat lejn l-'iscreen' tal-kompjuter. Fuq 'Facebook' kien hemm qabda videos u ritratti ta' siġar jaqgħu, karozzi jinżlu ġol-baħar, mewġ irrabjat li ried jibla' l-blat, ħut fuq l-art u djar mifqugħin bl-ilma. Imsarni niżluli f'saqajja u tgħidx kemm bdejt ninkwieta.


Domna tmiem il-ġimgħa sħiħa għaddejjin bil-buri. Imma t-Tnejn kollox għadda b' wiċċ il-ġid u aħna konna qawwijin u sħaħ. Tgħidx kemm kellna xi ngħidu meta morna l-iskola!