Ġurnata fil-kampanja



Kien il-Ħadd filgħodu u kien bnazzi bix-xemx tiżreġ. Jien mort mal-mama', ma' oħti u mal-papa' sa Ta'Qali. Il-mama' ġabet basket mimli sa ruħ ommu bl-ikel bħal-ħobż imħawwar bit-ton taż-żejt, luminata u ilma. Il-basket kien tqil ċomba!


Hemm kif wasalna frixna l-liżar li kien fil-basket. Għamilna l-basket fuq il-liżar u jien u oħti morna nilagħbu logħba futbol. Bil-ġiri li ġrejna qtajna nifisna! Wara ftit jien u oħti lgħabna

l-'board games' mal-familja.


Il-ħin tar. Aħna bdejna ngħejjew, imma oħti riedet tibqa' hemmhekk u aħna hekk għamilna. Jiena ħassejtni fil-ġenna tal-art imma ftit wara dabbarna rasna d-dar għax kien sar il-ħin.