L-iktar persuna favorita tiegħi huwa Bill Gates. Bill Gates huwa Amerikan u għandu ħamsa u sittin sena. Bill Gates huwa popolari ħafna għax huwa ivvinta l-Microsoft. Illum il-ġurnata kuljum jintuża il-Microsoft b'xi mod jew iehor. Lil Bill Gates kwazi kulħadd jafu għax jidher ħafna fuq it-televiżjoni u magażins. Bill Gates fetaħ l-ewwel kumpanija tiegħu f'1975. Huwa wieħed mill-iżjed nies sinjuri fid-dinja. Huwa jagħti ħafna flus lil-karita u jgħin il-foqra. Jien nammirah għax inhobb it-teknoloġija u nuża l-applikazzjonijiet ta' Microsoft speċjalment f'dan iż-żmien tal-Covid li kollox qed issir virtwali. Bill Gates huwa bniedem intelliġenti ħafna. Għalkemm naf li diffiċli nixtieq ħafna li xi darba niltaqgħa miegħu għax kieku tgħidx kemm nistaqsih mistoqsijiet.

Benjamin Micallef




L-Iktar Persuna Favorita Tiegħi.