Dakinhar li mort is-suq man-nanniet.

Kien it-Tnejn filgħodu meta n-nanna ċemplitli biex immur sas-suq magħha u man-nannu. Jiena kont fis-seba' sema u mil-ewwel aċċettajt. In-nanniet għaddew għalija bil-karozza u tlaqna lejn is-suq. Wasalna hemm għall-ħabta ta' disgħa ta' filgħodu.



Kif wasalna kien hemm ħafna bejjiegħa. Kien hemm min beda jgħajjat b'ħanġra daqsiex biex ibigh il-prodott li kellu. Minn kollox kien hemm,ħut,ħaxix,ħwejjeġ,żraben u ċekċik u rimiżolji u ħafna oħrajn. Kien hemm folla nies mhux ħażin. L-aktar li laqatni kienu statwi magħmulin mill-idejn. Iddeċidejt li nixtri waħda 'l ommi għax wisq għoġbuni. F'daqqa waħda smajna ħafna għajjat u ġlied. Dorna biex naraw x'ġara. Rajna raġel wiċċ laskri, li seraq basket ta' anzjana. Ix-xiħa bdiet tgħajjat u n-nies bdew jiġru warajh. Irnexxilhom iwaqqfuh u ġew anki l-pulizija.



Wara n-nanna riedet tmur tixtri xi ftit ħaxix u frott. Jiena mort magħha. Fl-aħħar wasalna għand tal-ħaxix u l-frott. In-nanna riedet tixtri xi ftit tuffieħ u karotti. Wara li xrathom komplejna induru. In-nannu waqaf għax ra ħanut tal-kotba. Hu kien iħobb jaqra allura beda jara xi ftit kotba. Kien hemm kotba ta' draguni , prinċipessi u fl-aħħar ilmaħt ktib vera sabiħ. Ridt nixtrih għal missieri għax hu iħobb il-kotba. Wara li jien u n-nannu xtrajna xi ftit kotba komplejna induru.



Kif kulħadd kien kuntent b'dakk li xtara iddeċidejna li jmorru lura d-dar. Meta konna qegħdin nimxu biex imorru iltqajt ma' ħabibti. Hi kienet qegħda man-nanniet tagħha ukoll. Tkellimna ftit imbgħad in-nanna għajtitli biex immorru. Sellimt lil ħabibti u komplejna mixjin lejn il-karozza. Vera ħadt gost b'din il-mawra sas-suq u għedt lin-nanniet biex meta jmorru nerġa ' jmur magħhom.