Intervista

Ġurnalista: Ġorġ x'kien hemm meta tlajt fuq il-Muntanja Everest?

X'ħassejt malli tlajt sal-quċċata?


Ġorġ: X'ħin tlajt fuq il-quċċata ħassejt sodisfazzjon li qatt ma ħassejt bħalu.

Rajna ħafna sħab, fil-fatt kien taħtna.


Ġurnalista: Kienet diffiċli biex timxi fuq il-muntanja? Kien hemm xejn silġ?


Ġorġ: Iva, kienet ħafna diffiċli biex timxi fuq il-muntanja għax kienet miksija

bis-silġ u saqajk jidħlu ġos-silġ li tagħmilha aktar diffiċli biex timxi.


Ġurnalista: Waħdek tlajtha l-Muntanja Everest jew kellek in-nies miegħek?

Jekk le, xi kemm kontu nies tul l-avventura?


Ġorġ: Iva, il-muntanja tlajtha kollha waħdi, iżda bdejt nikkomunika ma' nies

fis-settur tas-saħħa permezz ta' radju apposta.


Ġurnalista: Kemm domt biex wasalt sal-quċċata ta' Everest?


Ġorġ: Biex ilħaqt il-quċċata domt madwar ħames ġimgħat, lejl u nhar.


Ġurnalista: Ġorġ, issa li tlajt l-ogħla muntanja fid-dinja kif tħossok? Din hi

l-aħħar avventura tiegħek jew ħa jkollok aktar avventuri bħal dawn

x'taqsam magħna iktar 'il quddiem? Jekk iva, fejn bi ħsiebek tmur?

Ġorġ: Inħossni sodisfatt ħafna li rnexxieli nitla' l-ogħla muntanja fid-dinja

waħdi permezz ta' komunikazzjoni bir-radju. U le, mhux ħa tkun l-aħħar

avventura tiegħi, għalissa ma nistax ngħidilkom fejn ħa mmur, iżda

l-unika ħaġa li nista' ngħidilkom hi li ħa jkun hemm ħafna ramel u xemx.


Dan hu Ġorġ ġuvni ta' sebgħa u għoxrin sena li għadu kif ġie minn avventura minn fuq il-Muntanja Everest.