Gazzetta Maġika

Ħelow tfal ċkejknin ta'Malta! Kif intom illum? Jiena orajt u intom? Mela illum se nitkellmu fuq it-tradizzjonijiet tal-Milied.


It-tradizzjonijiet tal-Insara huma li fil-25 ta'Diċembru niftħu r-rigali u nagħmlu hekk għax Ġesu' kien rigal għalina. Niktbu l-kartolini tal-Milied u nqassmuhom lill-ħbieb tal-klassi u lill-familja biex nawgurawlhom il-festi it-tajba.


Tradizzjoni oħra hija li nagħmlu l-ikla tal-Milied biex il-familji jingħaqdu flimkien u jgawdu lil xulxin. Jiġu orgaiżżat wkoll il-purċisjoni tal-Bambin u l-priedka tat-tifel li ssir eżatt qabel il-quddiesa ta'nofsillejl! Is-simboli u d-dekorazzjonijiet huma li meta jibda x-xagħar ta'Diċembru narmaw l-affarijiet tal-Milied bħal eżempju noħorġu s-siġra tal-Milied u nżejnuha bil-boċċi u bil-bozoz. Npoġġu wkoll Stilla jew xi anġlu fuq nett . Ndendlu wkoll il-kalzetta tal-Milied biex meta jiġi Santa Klaws jimlijielna bil-ħelu. Fit-twieqi narmaw ukoll il-bambin jew xi presepju qalb il-ġulbiena u l-ponsjetta, biex kull min jgħaddi jarahom mixgħulin.


L-ikel tradizzjonali tal-Milied, id-dundjan, l-imbuljata, il-qastan, l-ixkumvat u l-qagħaq tal-għasel.


Issa tfal nispera li ħadtu pjaċir taqraw dan l-artiklu ta' ''Gazzetta Maġika'' u sibtuh interessanti. Dan ktibnieh sabiex nagħtukom ftit informazzjoni dwar dawn it-tradizzjonijiet li huma importanti biex niftakru fil-ġrajja tat-twelid ta'Ġesu Bambin! Ċaw!