Kaxxa misterjuża fit-triq

Darba waħda jien xtaqt li mmur mixja fil-kampanja. Iz-ziju iddeċieda li mmorru sa Delimara. Konna qomna kmieni sabiex ma nilħqux ħafna xemx għaliex kien is-sajf. Tlaqna mid-dar ta' Marsaxlokk, fejn noqgħod.


Wasalna fit-triq li konna ser insegwu. Tlajna triq twila u waqt li konna mixjin rajna kaxxa, iżda aħna ma tajniex daqshekk kas tal-kaxxa. Komplejna nimxu u rajna ħafna affarijiet sbieħ, fosthom annimali li ma tantx rajt f'ħajti minnhom, bħal friefet, nannakola u anki xi ġurat rajna. Waqafna biex nieħdu biċċa ħobż biż-żejt kif taf tagħmel iz-zija. Wara komplejna fi triqitna.


Meta kien sar il-ħin sabiex immorru lura u erġajna wasalna ħdejn il-kaxxa, jiena ddeċidejt li nara x'kien fiha. Malli ftaħtha sibt kelb żgħir. Kien abjad u kannella. Jien għidt liz-ziju sabiex nieħdu dan il-kelb id-dar u z-ziju aċċettat. X'ħin wasalna d-dar ħadna dan il-kelb għand it-tabib tal-annimali. It-tabib qalilna li din kienet kelba u li hija ta' razza Shitzu. Jiena ddeċidejt li insemmieha ELLA.


Flimkien mal-familja ħsibna li nżommu din il-kelba bħala parti mill-familja u din għada għandna sal-lum il-ġurnata u inħobbuha ħafna. Illum il-ġurnata tagħlmet ħafna u dratna. Imn' Alla kienet il-mixja għax sibt il-kelba u salvajtilha ħajjitha.