It-twelid ta' Ġesu Bambin

Il-Milied hija festa importanti għall-insara ghax jiċċelebraw it-twelid ta' Ġesu . Din tiġi fil-25 ta' Diċembru . Din il-festa għandha ħafna traddizjonijiet fosthom il-presepju , Il-quddiesa ta' nofs il-lejl , l-avvent u ħafna aktar .



Il-presepju huwa wieħed mill-isbaħ affarijiet tal-Milied ,għax iffakarna f'din il-ġrajja fenominali .Kont taf li fiċ-ċentru tal-presepju jkun hemm l-għar fejn fih twieled Ġesu bambin .

L-avvent jibda erbat iħdud qabel il-milied . Fl-avvent nippreparaw ruħna għall-aħħar żewġt miġjiet ta' Ġesu . L- Insara jiċċelebraw ukoll il-purċissjoni tal-Bambin

Il- quddiesa ta' nofs il-lejl tfakkarna fit-twelid ta' Ġesu . Fil-quddiesa jagħmlu prietka tal-Milied , il-prietka tkun li lill-abbatini jgħallmuhom xi sentenzi dwar il-Milied u kienu jgħiduhom quddiem in-nies .Santa Klaws , il-kallzetti tal-Milied , is-siġra tal-Milied u l-ponsjetta huma ftit mis-simboli u d-dekorazzjonijiet tal-Milied.

Hemm

ikel assoċjat mal-Milied bħall-imbuljata , qagħaq tal-għasel ,imqaeret, il-pudina tal-ħobż u id-dundjan. Dawn it-traddizjonijiet huma importanti ghax jibqgħu ifakkruna fit-twelid ta' Ġesu bambin .

Fdin l-istamġpa nistgħu naraw tifel jgħamel prietka tal-milied , bħall issa dik il-mossa li qed jagħmel hija l-iktar mossa komuni li jgħamlu l-abbatini waqt prietka .