Familja ġdida għal Ken

Darba waħda, Marjo u Frida kienu qed jieklu l-ikla ta' nofsinhar meta raw riklam fuq l-adozzjoni tat-tfal orfni mill-Indja.


Marjo u Frida kienu ilhom miżżewġijn għal sitt snin u ma setgħux ikollhom tfal. Huma minn dejjem xtaqu li jkollhom tifla jew tifel u b'hekk ħadu interess fir-riklam. Dak il-ħin cemplu n-numru li deher fir-riklam biex jieħdu iktar informazjoni. Marjo u Frida applikaw biex jaddottaw tifel mill-Indja. Huma damu jistennew, iżda darba waħda ċemplulhom biex jgħidulhom li hemm tifel jistennihom għall-adozzjoni. Huma kienu ferħanin ħafna. Fl-aħħar waslet il-ġurnata biex isiefru l-Indja u wara vjaġġ twil waslu u marru fil-lukanda. L-għada kienet l-isbaħ ġurnata ta' ħajjithom għax iltaqgħu ma' Ken, it- tifel li addottaw.


Il-familja ġdida ta' Ken siefru lura lejn Malta biex jibdew ħajja ġdida flimkien. Il-ġenituri tiegħu għallmuh il-Malti, xtrawlu kelb u tawh dak kollu li kellu bżonn u xtaq.