Ir-Robot

Ma stajtx nemmen lil għajnejja u lil widnejja meta rajtha l-ewwel darba. Kienet robot kbira u twila iktar minni. Malli lemħitni nittawwal min mal-bieb qalti ''Hello jiena Tina r-robot li taf tagħmel kollox''. Tina tista tagħmel kollox li nagħmel jien. U li nqabbadha tagħmel tobdini mal-ewwel.


Dan ir-robot hu ta' xjenzata Ċiniża li jisimha Mulan. Tina hi magħmula mill-ħadid u taħdem bil batterija. Rasha u żaqqha huma kwadri. Għandha idejha forma differenti. Tax-xellug qisha aljen u idha l -oħra qisha id ta' ors. Saqajha differenti wkoll għax waħda għandha żarbuna griza b'ċoff blu u l-oħra imkissra u liebsa kalzetta tas-suf. Il-kuluri ta' Tina huma vjola, roża, aħdar u griż. Għajnejha huma kbar u lewn id-deheb. Tina taħdem bil-batterija u naf għax għandha tabella 'batterija' fuq ghonqa. Għandha programm tal-Dell u taħdem bir-remowt. Hi titkellem bl-Ingliż imma jien għallimtha l- Malti ukoll. aqtax qalbha u tobdini ħafna. M'għandha xejn li jdejjaqni fiha. Li nista ħasla għax għandha likwidu aħdar ma' ġisimha kollu. Tina hi ħelwa u ferriħija ħafna. Illum jien u hi sirna ħbieb kbar u ma jista jifridna ħadd u xejn.