8

Fuq tal-linja


Il-Ħadd li għadda jien u ommi konna qegħdin f'lukanda. Aħna kellna bżonn immoru lura għax il-vaganza kienet spiċċat. Ma kellniex biex immoru lura għax missieri kien wassalna allura ommi għażlet li mmorru b'tal- linja.


Malli dħalna jien mort wara nett għax tgħidx kemm hu komdu. Kien hemm riħa tfuħ għax daħal raġel u kien qed jiekol il-pizza. Kelli aptit nikolhielu. Mal-ħin kien hemm skiet taqtgħu b'sikkina u jien marret għajni bija. F'daqqa waħda nqum b'ħasda għax ix-xufier xegħel il-mużika kollha. Sakemm qomt tal- linja kienet mimlja bin-nies u ħadd ma kien Malti. Aħna waqafna għax tela' raġel fuq siġġu tar- roti. Jien lil ommi għidtilha li ħa jiġri xi ħaġa imma hi qaltli le.


Mal-vjaġġ ir-raġel ta' fuq is-siġġu tar-roti waqa'! Kulħadd prova jgħinu imma x-xufier qabad u saq lejn l-isptar. Malli wasalna, ix-xufier u tlieta min-nies oħra niżlu mar-raġel ġol-isptar. Sfortunatament, dan ir-raġel kiser dahru. Ommi bdiet tgerger għax domna tliet sigħat. Sakemm qgħadna nistennew bdejna negħrqu bis-sħana għax ix-xemx bdiet taqli l-ankri. Fl-aħħar wasalna imma kien sar il-ħin. Ommi kienet qed tpoġġi l-affarijiet posthom u jien iddeċidejt li nagħtiha daqqa t'id.


Wara dan kollu żġur m'aħniex ser nerġgħu nirkbu fuq tal-linja. Din kienet waħda mill-agħar ġranet.