Familja Ġdida ghal Ken



Darba kien hemm koppja li kienu jgħixu ġo dar sabiħa. Huma

kellhom xogħol tajjeb u kien jaqilgħu ħafna flus. Minkejja li

kellhom kollox, din il-koppja Tony u Marta ma kinux kuntenti

għaliex dak li dejjem xtaqu ma kellhomx. Huma xtaqu li jkollhom

it-tfal.


Darba waħda Marta u Tony kienu qed jaraw it-televizjoni meta ġie reklam b'avviż għal min jixtieq jaddotta. Marta u Tony kienu ilhom jitkellmu dwar jekk għandhomx jaddottaw jew le. Dak il-ħin qalb Marta mtliet bil-ferħ u marret malajr tara kif tista' tapplika.


L-aġenzija tagħthom ħafna karti biex jimlew. Tagħthom ukoll xi ritratti ta' tfal. Huma mill-ewwel għażlu lil Ken, tifel ta' sitt snin mill-Indja. Il-familja ta' Ken kienet fqira ħafna għax il-ġenituri tiegħu kienu jaħdmu f'fabbrika għal ftit flus. Kellu oħtu ikbar minnu li kienet toqgħod tilgħab miegħu. Darba missier Ken kien sejjer ix-xogħol meta tajritu karozza u tilef ħajtu. Omm Ken ma setgħetx trabbi żewġt itfal waħedha għalhekk tat lil Ken għall-addozzjoni.


Wara xi żmien Tony u Marta marru l-Indja biex jiġbru lil Ken. Kemm kienu eċċitati biex jarawh. Malli rahom Ken beda jħossu mistħi u mgerfex. Ma setgħetx jikkomunika magħhom għax ma kienx jaf il-lingwa Maltija. Huma kollha niżlu Malta lkoll ferħana u mimlija tama.


Meta waslu Malta ħaduh id-dar. Kemm stagħġeb bl-affarijiet li kellu. Tony u Marta kienu xtrawlu ħafna ħwejjeġ sbieħ, żraben, ġugarelli u ħafna iżjed. X'ħin daħal f'kamartu ħassu qisu re. Tant kien ferħan li f'kemm ilni ngħidlek tgħallem il-lingwa u għamel ħafna ħbieb.


Kemm kienu ferħana issa din il-familja. Marta u Tony kellhom tifel li dejjem xtaqu u Ken kellu dar, ikel u ħwejjeġ li qatt ma ħolom li jista' jkollu l-Indja.