Vjaġġ fuq tal-linja


Meta spiċċat l-iskola jiena u l-ħabib tiegħi morna fuq tal-linja. Kien hemm ħafna nies u konna sejrin fit-triq lejn id-dar.

Meta konna fuq tal-linja kien hemm għadd ta' nies differenti. F'daqqa waħda waqt li konna qed nitkellmu smajna qabda karozzi għaddejjin bis-saħħa u ħallew warajhom ħafna duħħan li kien kwazi fgana. Biex tgħaxxaqha, viċin kien hemm ukoll riħa ta' riċiklaġġ qawwija.

Waqafna ftit ħalli tal-linja ttella' aktar nies. Telgħet mara bl-premm. It-tarbija kienet qed tibki u tixgħer u biex tkompli żżid, din poġġiet propju warajna. Ħaditilna rasna tibki, imma wara ftit b'xorti tajba waqfet tibki. Kienet nieżla ftit xita wkoll u hekk kif dejjem jiġri weħilna fit-traffiku.

Ix-xita malajr waqfet u l-mara tal-premm fl-aħħar niżlet ukoll. Aħna konna fis-seba' sema issa. It-traffiku kien naqqas naqra, għalkemm kien għad fadal ftit ieħor. Fl-aħħar ħlisna mit-traffiku u konna sejrin lejn id-dar.

Wasalna d-dar u konna ferħanin se ntiru li ħlisna minn tal-linja. Ommi tatna nieklu u għamilna x-xogħol tad-dar fil-kwiet. Kemm hu sabiħ il-kwiet!