Daħna Bajda Misterjuża

Jiena u sħabi konna l-bandli qed nilagħbu.F'daqqa waħda l-art bdiet tinfetaħ u minn ġo fiha bdiet ħierġa daħna bajda u misterjuża.


Wara ftit bdejna naraw l-art tinqasam sakemm inqasmet kollha u wara d-duħħan beda jifforma f'persuna bin-nar miegħu. Din id-daħna kbira enormi f'forma ta' persuna bdiet tkisser kullimkien, sħabi u jien ħrabna niġru mwerwrin lejn l-għassa tal-pulizija u ġrejna għalxejn għax l-għassa tal-pulizija sibniha magħluqa.


Sieħbi Daniel ħareġ b'idea li mmorru ngħidu lil ommu

b'dak li rajna waqt li konna l-bandli għax hija pulizija.

Aħna qbilna mal-idea ta' Daniel u bla ma tlifna l-ħin bqajna sejrin bla nifs id-dar tiegħu.Daniel daħal xkanat sal-kċina fejn kien hemm ommu qed issajjar. B'nifsu maqtugħ qalilha b'dak kollu li kien ġara waqt li konna l-bandli. Mill-ewwel ħadet azzjoni billi ċemplet lil sħabha l-pulizija biex imorru fuq

il-post. Ommu ġiet magħna u sakemm wasalna kien fadal ftit duħħan abjad.


Din il-biċċa tad-daħna bajda baqgħet misterjuża sallum

il-ġurnata.