Safra mill-aqwa

Is - sajf li għadda mort sa Sqallija. Jiena mort mal- familja u mal-ħbieb.


Iltqajna l-port fis-sitta u fis-sitta u nofs ħrigna mill- port ta' Malta . Fit - tmienja u nofs wasalna Sqallija. Xħin wasalna bqajna sejrin nieklu l- krosants . Fil-ħdax morna l- 'Agriturismo'. Jiena u l-ħbieb biddilna u lbisna l-malji. Aħna morna ngħumu ġol-pixxina. Għal xis -sebgħa morna ninħaslu u morna nieklu fir-restorant ta' ħdejn l-'Agriturismo. F' ġurnata oħra morna nixtru. Dik il-ġurnata kienet kollha xiri. Aħna kilna hemmhekk. Fit - tielet ġurnata għamilna reċta . Din ir-reċta kienet dwar żewġ kaxxiera li kienu imġienen . Waħda mill-kaxxiera waddbitna ġol-pixxina . Aħna għamilna dawk is -sitt igranet fil-lukanda. Fis-seba' ġurnata morna ġo lukanda ġdida. Xħin konna ġejjin lura Malta kienet ix-xita.


Jiena nixtieq li nerġgħu nagħmlu l-istess kif għamilna ma' ndumux!