Il-Jum Oranġjo


James: Ejja mmoru dar għax qed jibda jidlam.

Sandra: Orajt! U hawn il-kesħa.

James: Inti taf xinnu Jum Oranġjo?

Sandra: Le ta'. Din x'inhi?


James: Huwa l-jum kontra l-vjolenza u l-ibbuljar. Illum waqt l-assembly bdew jgħidulna fuqu.

Sandra: Meta jkun? Għax xejn ma naf fuqu.

James: Illum Jum Oranġjo!!!


Sandra: Vera?!

James: Taf xi rrid, flokk oranġjo b'stilla safra kbira.Imma lanqas għandi.

Sandra: Anka jien imma b'qalb roża kbira. Imma anka jien m'għandix.

James: Kieku xi darba qbilna, Sandra.

Sandra: Anzi ma niġġieldux, James.

James: Imma kollox jogħġobna. Forsi immoru nduru xi ħwienet.

Sandra: Ejja mmorru malajr għand il-ħanut ta' ħdejna.


Sandra: Tridx norganizzaw Jum Oranġjo?

James: Fejn imma?

Sandra: Forsi l-iskola. Ngħidu lil għalliema tagħna forsi tgħina.

James: Iva idea tajba! Nistgħu nixtru kejkijiet żgħar oranġjo ukoll għall-iskola kollha.

Sandra: Idea tajba.


James: Issa ejja mmoru għax sar il-ħin.

Sandra: Iva aħjar. Issa flokkijiet xtrajna u nistgħu mmorru għax jinkwetaw il-ġenituri tagħna.

James: Iva veru! U għada nispjegaw kollox lill-għalliema tagħna.