Kesħa kbira



Kien il-Ġimgħa tard billejl u ksaħt għalkemm kont mgħotti b'ħafna kutri. Qomt u x'ħin ittawalt mit-tieqa kien hemm kullimkien abjad miksi silġ. Kemm kien sabiħ is-sil!


Mort niġri fejn ħija bil-kwiet u għetlu "Jake ara kemm niżel silġ!" Hu qam jiġri mis-sodda u mar jittawwal mit-tieqa tiegħu. Ħija kien vera eċitat u qalli, "Trid noħorġu barra?" u jiena mill-ewwel għidtlu iva. Qabel ma ħriġna morna nilbsu l-ġgieget, il-brieret, ix-xalel,l-ingwanti u l-boots.


Aħna ħriġna nkiss inkiss u morna barra f'nofs ta' lejl. Aħna ġrejna fis-slig u bdejna nilagħbu flimkien. L-ewwel ħaġa li għamilna kienet ġlieda bil-ballen tas-silġ. Imbagħad intfajna mal-art u għamilna anġli tas-silġ. Għamilna ukoll raġel tas-silġ. Kemm ħadna gost! F'daqqa waħda ħarġet il-mama' u aħna ħsibna li kienet se tirrabja. Imma minnflok bdiet tilagħab magħna. Wara dħalna d-dar u l-mama' għamlet tazza ħalib sħuna. Morna norqdu u bqajna reqdin sa tard!