Sena ilu għamilna waħda tinkiteb. Mela kien għeluq snin ħija u wara li lbisna ħija ried li mmorru l-Belt b'tal-linja. Jien qatt ma kont irkibt tal-linja u kont fuq ix-xwiek. Meta dħalna għajnejja kienu kullimkien. Ma kontx naf fejn sa naqbad inħares. Aħna sibna post fuq wara tal-linja u ħadna żewg ritratti.


Fuq l-ewwel waqfa tela' grupp ta' rġiel bil-pizza li r-riħa tagħha kienet taqsam il-qlub. Kienu libsin kollox b'kuluri jgħajtu u diski jgħajtu iktar mis-sireni tal-għadu. Wara ftit telgħet mara ħoxna daqs kartell u mara rqiqa sifja. Huma poġġew quddiemna.


Bdew jifluhom minn rashom sa saqajhom. Kienu libsin kuluri li ma jaqblux bħal blu ċar ma' aħdar jgħajjat. Magħhom ġabu riħa tinten seba' pesti. Kellhom xagħarhom għoqda waħda u wiċċhom imżejjen b'kuluri kollha tal-qawsalla. Kienu qishom il-karnival kollu.

Ix-xufier ried jgħidilhom jinżlu.


Imma ħaseb li aħjar kelma nieqsa milli żejda. In-nies kollha bdew igergru minn taħt l-lsien. Meta niżlu kulħadd ħa r-ruħ. Wara ftit telgħet mara b'tifel żgħir jibki u jħanxar.


Dan it-tifel kien sa joħdilna rasna imma konna wasalna l-Belt! Meta nżilna aħna morna nieklu imma meta poġġejna ċemplet in-nanna u riedet taf kif morna fuq il-vjaġġ fuq tal-linja.













Vjaġġ Fuq Tal-Linja



c

żŻ