Safra mill-aqwa


Is-Sibt li għadda sifirna. Kellna inqumu filgħodu kmieni biex nilħqu l-ajruplan. Konna sejrin l-Ingilterra mal-kor ta' Ms Tiziana. Il-familja tiegħi kienu ġejjin magħna ukoll.


Mal-wasla tagħna f'Heathrow qbadna l-karozza tal-linja għall- lukanda. Hemm tawna l-kamra u lbisna ħwejjeġ komdi. Mill-ewwel bdejna nipprattikaw. Xi kultant ġol-lukanda stess u xi kultant konna morru "Central Park".


Il-ġurnata tant mistennija waslet. Filgħodu morna t-teatru "Her Majesty Theatre". Hemm jagħmlu ħafna 'musicals' sbieħ. Il-palk kien kbir u fond. Ħassejtni speċjali nkanta u nizfen fuqu. Għamilna siltiet mill- "Lion King" u minn "Mary Poppins" Konna għoxrin b'kollox u kulħadd ħadem biex intellgħu wirja sabiħa. Għamilna ħafna ħbieb inglizi. Meta spiċċa tawna ċertifikat, flokk u pupu bħala tifkira ta dak il-jum sabiħ.


Din kienet l-aktar safra importanti f'ħajti s'issa u nixtieq li terġa' ssir.