L-isfilata tal- Karnival

Ta' kull sena,fi żmien il-Karnival inħobbu nitilgħu sal-Belt Valletta. Din is-sena hekk għamilna. Konna jien, ommi, missieri u oħti. Sabiex sibna 'parking' domna kwarta, imma tal-inqas sibna 'parking'!


Kif wasalna l-Belt kien hemm karrijiet kbar ħafna kif ukoll żgħar, imma kien hemm karru minnhom jispikka. Dan kien l-iljun kbir bil-kuluri oranġjo u isfar u b'għajnejh ħodor. Meta rajtu ħassejtni ferħan se ntir għax kien qisu ljun ta' vera. Dakinhar jien ilbist ta' Supereroj u rajt ħafna nies bil-kostumi differenti bħal sirena, farfett u fekruna. Kien hemm nies libsin maskri grotteski. Jien u oħti ridna nippruvaw il-perlini u l-prinjolata. U ommna hekk għamlet, xtrat il-perlini u l-prinjolata. Ipprovajniehom, iżda għalkemm lili għoġbuni t-tnejn li huma, lil oħti m'għoġbuhiex. Wara morna fil-briju tan-nies u smajt l-Innu tal-Karnival. In-nies bdew ikantaw mal-Innu tal-Karnival u jien ħassejtni fil-ġenna tal-art!


Mal-ħin qabadna l-ġuħ u morna nieklu xi ħaġa minn kafetterija. Jien ħadt pizza u oħti ħadet pasta, ommi ħadet pastizz u missieri ħa ftira. Jgħidu x-xjuħ u jgħidu t-tfal, viva l-jiem tal-Karnival!

'