Kif qomt, sibt ruħi mibdula f' żiemel


Qomt dalgħodu u sibt ruħi mal-art. Ma kontx naf kif spiċċajt hemm, forsi waqajt.


Xħin qomt ħassejtni storduta allura qgħadt bilqegħda u ħarist lejn il-mera faċċata tiegħi. Imsarni niżlu f' saqajja kif rajt żiemel fil-mera. Ħarist madwari ħalli forsi li qegħda nara mhux ta' veru jew hemm xi żiemel ġo kamarti.


Ma rajt xejn madwari u biex inkun ċerta li qegħda naħseb ħarist lejn idejja u minflok ġilda kelli suf abjad. Kont sirt żiemel. Ippruvajt niftakar x'ġara ilbieraħ.


Ftakart li kont qegħda miexja fuq il-bankina u kont għadni normali. Kien hemm mara u kienet għada kif ħarġet minn ġo ħanut tal-ħelu. Ratni nħares lejha u tbissmet. Din il-mara kellha żewġ marki fondi jibdew minn xuffteja matul ħaddejha u kważi sa widnejha. Kellha ingwanti sa minkbejha u kienet liebsa t-takkuna.


Offritli ċikkulata u ġieli kont rajtha x'imkien allura mort id-dar u kiltha. Ħassejtni li ridt norqod allura mort ġo kamarti u qas ilħaqt mort fuq is-sodda għax waqajt malart. Illum qomt tard allura erġajt irqadt. Qomt l-għada u ħarist lejn il-mera u rajtni normali. Ma nafx x'ġara lbieraħ imma nispera li qatt ma terġa' tiġri.