Ftit ilu ltqajt ma' robot fuq ruħu ħafna. Kien jismu Robokop u mill- ewwel għamilna ħbieb għax dan kien iħobb ħafna in-nies.


Dan ir- robot ma tantx huwa kbir imma itwal minni żgur! Rasu kienet kwadra u żaqqu kienet kwadra fit-tul. Kellu jdejh differenti minn xulxin, waħda qasira forma ta' ngwanta u l-oħra twila u qisha riga. Saqajh kienu forma ta' roti tondi li kienu jiġru ħafna. Robokop kien magħmul mill-ħadid u kien jaħdem bil- batterija għax taħt żaqqu għandu kaxxa mimlija batteriji. Huwa kien jaf jagħmel kollox , minbarra affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l- ilma . Kien jaf jitkellem bil-Malti, Ingliż u Taljan biss. Robokop kien iħobb jilgħab u jiċċajta miegħi. Jien vera kont nieħu gost meta kien isajjarli xi ikla speċjali.


Jien l-iktar ħaġa li għoġbitni meta kien jgħinni waqt xi ħaġa li kont neħel fiha. Minn dan ir-robot xejn ma jdejjaqni u kieku ma nbiddillu xejn. Jien xtaqt li dan ir-robot ikun tiegħi għax jien vera nħobb ir-robots. Imnalla ltqajt ma' Robokop għax bidilli ħajti ta' taħt fuq !