Ittra liz-zija ta' l-Awstralja


Għażiża zija Melanie,


Kif inti zi? Kemm ħadt gost naqra l-aħħar ittra li bgħattli! Peress li staqsejtni dwar l-Għid ser nagħtik l-informazzjoni dwar l-Għid hawn Malta.


Fi żmien ir-Randan toħroġ id-Duluri purċissjoni mar-raħal fejn tiġbor ħafna nies fl-inħawi taż-Żejtun, b'quddiesa wara, li l-knisja tiġi ppakjata bin-nies. Il-Ħadd ta' wara niċċelebraw Ħadd il-Palm, fejn niltaqgħu fil-knisja ta' San Girgor fejn hemmhekk il-qassis ibierek il-Palm u minn hemm issir purċissjoni għall-knija.


Il-qofol tar-Randan jintlaħaq f'Ħamis ix-Xirka lejliet il-Ġimgħa l-Kbira fejn issir funzjoni tal-Ħasil tas-saqajn ta' tnax-il appostlu. Hija tradzzjoni tal-Ħamis ix-Xirka li jsiru s-seba visti. Hawn min jagħmilhom fil-knisja u hawn min jagħmilha iktar avventuruża u jdur seba' knejjes u jitlob dwar il-passjoni ta' Ġesu'.