8 Qattusa abbandunata









Jiena qattusa bajda silġ, għandi għajnejja ħodor ħaxix. Kelli pil qasir għax ix-xiħa kienet dejjem toħodni biex tqaxxarli il-pil. Ix-xiħa kienet tieħu ħsiebi billi kienet titmagħni,tagħtini ilma nadif u meta nwegga kienet tgħini.


Kien jisimni Mixa . Kont iħobb noqgħod fit- tieqa nara l- ħamiem itiru flimkien , nara' s- sema ta' kulur kaħlani. Kont nisma' lix- xiħa barra titkellem ma' binha li kien allerġiku għall- qtates u għalhekk ma setgħax jidħol ġewwa. Filgħaxija kont norqod ħdejn il- fire place fuq il- kuxin ir- roża li kienet ħititli ix-xiħa. Kemm kont nieħu gost nisma' l-għasafar jgħannu peress li kont ngħix fil- kampanja .


Ix-xiħa mietet biż-żmien. Jien tgħidx kemm bkejt.Biex tgħaxxaqha kelli nitlaq mid-dar peress li binha kellu l- allerġija abbandunani . Għamilt bejn sena u sena u nofs niġri barra. Tgħidx kemm bkejt ghax kont niekol min ġoż - żibel u nixrob l-ilma qiegħed . Il - pil twal u minn abjad karti ġejt sewda faħma. kont norqod fil- kesħa ma l - art. kont ser nittajjar ħafna drabi u ma kien hemm ħadd biex jgħinni. Sa ma darba ġiet waħda mara ġabrtitni u ħaditni f' post b' ħafna qtates li kien jissejjaħ santwarju.


Minn hemmhekk addotatni familja li tħobbni u qatt m'hu ħa jabbandunawni. Issa inbiddilli ismi minn Mixa ġie Trixy u daqt inkun ilni sentejn ngħix magħhom.