X'ġurnata dik!

Il-Ħadd 28 ta' Ġunju 2020


Għażiż djarju,


Kont ili ġimgħa nistenna din il-ġurnata biex nirrilassa ftit wara ġimgħa nistudja. Illum il-Ħadd u wara l-ikel iddeċidejt li noqgħod nilgħab fil-banju. Peress li kienet ħafna sħana bqajna d-dar. Għalaqt it-tapp tal-banju u ftaħt l-ilma u tfajt ftit sapun. Wara mort fil-kamra tiegħi biex inġib il-ġugarelli tal-ilma. Ma stajtx insibhom u bdejt infittex mad-dar kollha. Fl-aħħar sibthom. Il-kelb tiegħi Ġuġu kien qed jilgħab bihom. Kif kont se noħodomlu, ħataf il-papra favorita tiegħi u telaq jiġri biha. Għamilt xi kwarta niġri warajh u fl-aħħar qbadtu u ħadtielu. Fi trieqti lejn il-kamra tal-banju biex nibda nilgħab, żlaqt u ġejt ġol-ilma. Illaħwa! insejt il-vit miftuħ!! Mill-kamra tal-banju sa nofs il-kurutur u s-salott kienu mimlijin ilma u ragħwa! Ġuġu rifes l-ilma u xxarrab u mar jixxotta fuq is-sodda t'ommi u missieri!! Tgħidx kemm irrabjaw u ġew jgħinuni nimsaħ l-art. Flok irrilassajt, spiċċajt ħadt kedda. Ħadtha t-tgħalima. Darb'oħra ma' nerġax inħalli l-vit miftuħ u nitlaq!


Dejjem tiegħek,


Kylie