Il-ħabiba tiegħi

Abigail Magro, Y 4.1


Il-ħabiba tiegħi jisimha Alishia. Hija għandha disa' snin u toqgħod Ħal Tarxien. Alishia u jien ilna ħbieb minn meta konna tfal żgħar ħafna.


Il-ħabiba tiegħi għandha xagħarha twil u kannella. Għandha għajnejha kannella u sbieħ. Hija twila u rqiqa. Fost il-passatempi tagħha, Alishia tħobb tagħmel il-ġinnastika. Nieħu gost ħafna meta toqgħod turini x'taf.

Alishia u jien għandna ħafna affarijiet komuni. It-tnejn inħobbu npenġu, it-tnejn dħulin u nħobbu nidħku flimkien. Aħna onesti u nħobbu ngħinu lil xulxin. Kemm ħadt gost meta ġiet id-dar tiegħi f'għeluq snini!.


Nispera li jien u l-ħabiba tiegħi nibqgħu ħbieb għal dejjem.