Il-Merill

Il-Merill huwa l-għasfur nazzjonali ta' Malta u għal ħafna snin konna nsibuh fuq il-lira Maltija. Peress li huwa l-għasfur nazzjonali, l-Merill huwa mħares mil-liġijiet stretti. Il- kulur tal-Merill raġel huwa ikħal skur bi ftit griż waqt li l-Merill mara ghandha kulur ikħal imħallat bil-kannella. Normalment insibu l-Merill fl-irdumijiet li nsibu mal-kosta bħal Ħad-Dingli u ż-Żurrieq. Bħal ħafna għasafar oħra, bħal eżempju l- pitiross, il-Meril ipassi fiż-żmien tar-Rebbiegħa. Il-Merill jiekol id-dud u insetti oħrajn, bebbux u xi frott żgħir. L-isem tal-Merill ġej mill-kelma taljana Merlo u dan l- għasfur għandu daqs ta' bejn wieħed u ieħor għoxrin ċm. Il-Merill ġie ddikjarat għasfur nazzjonali fl-1971.