Storja Avventuruża





Darba waħda kont miexja ħdejn bajju u sibt għar. Dan kien mimli kristalli jleqqu u sbieħ ħafna. Xtaqt nidħol ġewwa, imma kien hemm sinjali ta' periklu ma' kullimkien.


Peressli kont kurjuża u ma tantx jimpurtani mill- periklu, dħalt ġewwa biex inħares u forsi nikseb xi kristalli mill-isbaħ għalija. Tant kont mitlufa nfittex il-kristalli għalija, li ma rajtx x' kien se jiġri


Iktar ma dħalt 'l ġewwa, iktar bdejt ngħaddi minn mogħdijiet, u f' ħin minnhom sibt ruħi mitlufa u kompletament waħdi. Biex tgħaxxaqha, il-batterija tat-torċ spiċċat u kien hemm dlam ċappa. Beda jaqbadni l-biża' u qalbi bdiet tħabbat sitta sitta. F' ħin minnhom bdejt nisma' ħsejjes strambi u beda i xoqq l-għaraq għalija. F' daqqa waħda rajt quddiemi wiċċi ħabiba tiegħi ssejjaħli. Kif indunat li ma ratnix iktar, ġiet tfittixni bit-torċ u salvatni


Imnalla sabitni għax ma kontx naf kif ħa noħroġ. Imma almenu kollox għadda b' wiċċ il-ġdid