L-isport favorit tiegħi


L-isport favorit tiegħi hu l-futbol. Jien bdejtu minn meta

kelli biss sentejn u għadni nilagħbu sal-lum.


Missieri ħajjarni nilgħab dan l-isport għax hu kien plejer

professjonali. Ħija wkoll jilgħab il-futbol u dejjem jgħinni biex

insir aħjar. Irrid inkompli din it-tradizzjoni tal-familja. Dan l

isport jgħinni wkoll biex inżomm fiżikament b’saħħti.


Jien nilgħab mat-tim lokali tiegħi ‘Marsaskala FC’ u

nilgħab fil-pożizzjoni li jgħidilha ‘midfielder’. Nittrenja tliet

darbiet fil-ġimgħa. Nieħdu sehem f’kompetizzjonijiet

differenti bħal bosta ‘tournaments’ u logħob ta’ ħbiberija li xi

kultant jekk nirbħu naqilgħu tazza jew medalja. It-tim favorit

tiegħi hu l-Juventus u l-plejer favorit tiegħi hu Paola Dybala.


Dan l-isport jaffaxxinani għax kull logħba tal-futbol tkun

eċitanti. L-aħjar mument tiegħi bħala supporter tal-futbol

kien meta t-tim tal-Italja rebaħ it-Tazza tad-Dinja fl-2006.

Nixtieq li meta nikber insir l-aħjar plejer tal-futbol u nirbaħ

il-ballun tad-deheb.


Massimo Parrella, 6.1