SAN MARTIN

Il-festa ta' San Martin niċċelebrawha fil-11 ta' Novembru. San Martin kien uffiċjal fl-armata tal-Imperu Ruman. Darba minnhom kien għaddej mit-triq u ra raġel fqir iterter bil-bard. Hu waqaf u tah parti mill-mantell tiegħu. Dan il-qaddis ifakkarna kemm kien ħanin mal-foqra. Sal-lum il-ġurnata l-ġenituri jagħtu lit-tfal borża taċ-ċarruta mimlija bil-ġewż, lewż, qastan u tin, magħrufa bħala l-Borża ta' San Martin.

Kieran Agius

6.1 Red