Kien dalam sewwa u missieri kien għadu ma ġiex ...



Kien dalam sewwa u missieri kien għadu ma ġiex mix-xogħol. Jien kont beżgħan għax kien ilu li suppost ġie. Barra kien dlam ċappa u għalhekk ma stajtx nara jekk mhux ġej. Bdejt ninkwieta allura ċempiltlu fuq il-mowbajl.


Wara ftit qtajt għax ma bediex iweġibni. Kienet għaddiet nofs siegħa oħra issa. F'kemm trodd salib jaqa' vażun tal-ħġieġ. Jien qbadt ngħajjat għax kont imwerwer. X'ħin mort niċċekja x'kien , rajt dell abjad u dawwart denbi 'l hemm bil-biża'.


Għadda ftit ħin ieħor u smajt il-bieb iħabbat. Kont se mmut bil-biża'! X'ħin mort niċċekja l-bieb rajt il-pulizija. Qalli biex ma nippanikjax u li kollox kien sew. Qalli wkoll li missieri kellu aċċident bil-karozza waqt li kien fit-traffiku. Ma kienx qiegħed jieħu nifs, allura ħaduh l-isptar f'ħakka t'għajn. Wara qalli jekk irridx immur l-isptar narah. Lanqas tajtu ċans jispiċċa s-sentenza li ma għidtlux iva.


X'ħin wasalna mort niġri ġdejh. Qatt ma rajt lil missieri hekk! Ġurnata wara l-oħra bdew għaddejjin il-jiem, sakemm l-infermiera qaluli li kien lest biex joħroġ. Kemm kont ferħan! Ma setax isuq allura ġie n-nannu għalina.


Wasalna d-dar qawwijin u sħaħ u morna norqdu mill-ewwel. Kemm kont ilni ma norqod raqda sew minħabba missieri!