Min kien Mose'? abigail magro year5.5


Mose' kien tifel imrobbi ta' prinċep iżda fil-fatt kien Lhudi li trabba fil-palazz minħabba li t-tifla tal- Fargħun sabitu fix-xmara fejn kienet ħallietu ommu. It-tifel trabba f'lussu kbir imma qatt ma nesa' li kien Iżraelit.




Ġurnata waħda meta kellu 40 sena Mose' ddeċieda li jmur jara kif kienu għaddejin in-nies tiegħu. Kien tal-biża' dak li ra u kif kienu qed jiġu ttrattati. Hu ra wieħed Eġizzjan isawwat lill-ilsir Iżraeli. Mose' ta ħarsa madwaru u kif ra li m'hemm ħadd ta daqqa lill-Eġizzjan u qatlu.



Wara sar jaf li n-nies jafu bil-qtil u ħarab. Kif il-Fargħun sema' b'dan bagħat lin-nies biex joqtlu lill- Mose'. Meta Mose' telaq mill-Eġittu mar 'il bogħod ħafna. Hu mar f'post jismu Midjan. Hemm iżżewweġ lil Sefora. Mose' sar ragħaj. Darba waqt li kien qed jieħu ħsieb in-nagħaġ ġrat xi ħaġa li biddlitlu ħajtu. Deherlu Alla f'siġra tal-għollieq taqbad bla ma tinqered u qallu biex imur lura l-Eġittu u jeħles lil-Lhud.


Mose' beża' minn dak li seta' jiġrilu jekk imur lura. Imma xorta mar lura u baqa' sakemm il-Fargħun kellu jħalli lil-Lhud joħorġu mill-Eġittu. Mose' kien persuna b'kuraġġ kbir u baqa' għaddej jagħmel dak kollu li kien mitlub minnu.


Ġara li wara ftit il-Fargħun biddel fehmtu u bagħat lis-suldati għal warajhom Meta waslu fil-Baħar l-Aħmar l-ilma nqasam b'miraklu biex l-Iżraelin setgħu jaqsmu mingħajr periklu. Meta l-armata Eġizzjani daħlet fl-ilma dan ma baqgħax sseparat u s-suldati għerqu.