Fil-ħdax t'April il-familja ta' Mikiel xtaqu jieħdu lil Mikiel x'imkien speċjali. Fl-aħħar iddeċidew li jmorru l-Mużew tal-Istorja Naturali ġewwa l-Imdina. L-ewwel ħaġa li marru jaraw kienet is-sezzjoni tal-friefet għax Mikiel kien iħobbhom immens.



Ommu u missieru daħlu ġewwa ma' Mikiel u s-sezzjoni tal-friefet kienet faċċata. Il-familja ta' Mikiel rat friefet differenti. Pero' l-iktar farfett li għoġbu kien dak li kellu l-lewn tiegħu blu. Wara ftit tal-ħin, il-ġenituri tiegħu riedu jmorru f'sezzjoni oħra għax kienu xebgħu jħarsu lejn il-friefet. Għalhekk ħallew lil Mikiel waħdu. Ftit minuti wara meta Mikiel beda jħares lejn il-farfett induna illi dan kien beda jiċċaqlaq. F'daqqa waħda l-farfett il-blu qabeż qabża u beda jtir madwaru u mal-kamra kollha. Mikiel ma riedx illi jerġa' jpoġġi l-farfett lura fil-kaxxa u għalhekk ħallih itir u ħareġ mill-kamra biex isib il-familja tiegħu.


Iktar tard filgħaxija l-familja ta' Mikiel xegħlet it-televiżioni għall-aħbarijiet u l-ewwel ħaġa li raw kienet il-farfett. Il-ġurnalist qal li l-farfett tal-lewn blu ntilef. Meta semgħu din l-aħbar, Mikiel kien ferħan filwaqt li ommu u missieru kienu xxukkjati peress li huma kienu għadhom kif ġew minn hemmhekk.





Il-farfett Maġiku