Il - Ħuta u l-Qattus


Nhar il-ħdax ta' Mejju l-familja Borġ marret il-Mellieħa. Kien temp bnazzi u għalhekk ħadu qasba biex jistad il-papa'.


Il-baħar kien qisu żejt u allura kienet faċli biex jaqbad ħuta. F'ħin bla waqt, il-papa' ħass il-qasba tiċċaqlaq. Ħa gost meta tella' l-qasba għaliex ra ħuta enormi quddiem għajnejh. Il-papa' kellu idea'; dik li l-mama' ssajjar il-ħuta. Ftit minuti wara marru d-dar u l-mama' stagħġbet mhux ftit bil-ħuta. Wara l-mama' ftakret illi kellha bżonn tonxor il-ħwejjeġ fuq il-bejt. Għalhekk bdiet issajjar il-ħuta, poġġietha fuq in-nar u marret tonxorhom. Sekonda wara, il-qattus daħal fil-kċina inkiss inkiss. Il-qattus Ġinġer beda jimmaġina illi qiegħed itir daqs kemm xtaqha dik il-ħuta. Għalhekk malajr malajr, qabad id-dwiefer u beda jiekolha.


Wara ftit tal-minuti ġiet lura l-mama', rat il-ħuta bix-xewk u werżqet twerżiqa. Il-papa', Mike u Lina marru fil-kċina u nħasdu huma ukoll. Spiċċaw ma kielu xejn.


MA KIENX QATTUS!!