Vjaġġ fuq tal-linja

Il-Ħadd li għadda , jien u ommi morna l-Belt b'tal-

linja. Kellna bżonn nixtru xi affarijiet. Dħalna f'tal-

linja u poġġejna fin-nofs. Ħarist lejn l-arloġġ u kienu

l-ħdax u kwart.

Kien hemm ħafna nies li bdew jisimgħu l-

mużika jew jużaw il-mowbajl. Bdejt nisma' in-nies

ipaċpċu. Bdejt inxomm riħa ta' għaraq peress li kienet ħafna sħana.

Meta tal-linja waqfet daħal raġel liebes bl-iswed li kellu kelb kannella bl-

abjad u mara bil- premm. Ir-raġel poġġa ħdejja u ħdejn ommi u l-mara bil- premm

qagħdet faċċata. Wara xi ftit il-mara ħarġet il- mowbajl u qagħdet tużah.

F'daqqa waħda il-mara bil-premm bdiet tgħajjat, ''Fejn qiegħda it-tarbija

tiegi!'' Imbagħad indunajt li r- raġel liebes bl-iswed ħa lit- tarbija u mar jiġri biha.

Il-kelb tar-raġel kien għadu fuq tal-linja. Mill-ewwel morna niġru warajh biex nġibu

t-tarbija lura. Meta f'daqqa waħda l-kelb beda jkellimni! Qalli, ''Naf x'se jagħmel

sidi '', '' Se jgħid lill-omm fejn qiegħda t-tarbija u se jgħidilha li biex tieħu t-tarbija

lura trid tagħtih ħafna flus. Komplejna niġru wara r-raġel li ħa t- tarbija u fl-aħħar

sibnieh.

Ma naħsibx li se nerġa' mmur fuq tal- linja u lanqas dik il-mara.