Annimal li għandna fid-dar

Jien l-annimali nħobbhom ħafna għax jagħtuk imħabba bla kundizzjoni. Għandi kelba jisimha Sky u għanha sitt snin. Jien inħobbha għax innoċenti ħafna.



Lill-kelba xtrajtha minn ħanut tal-annimali. Il-kuluri ta' Sky huma kannella, iswed u abjad. Hija magħmula żgħira u għandha għajnejha suwed. Il-kelba hija veru ubbidjenti għax dejjem li ngħidilha tagħmel.



Il-kelba filgħodu toqgħod fuq is-sufan u filgħaxija torqod fuq is-sodda tiegħi. Il-ġugarell favorit tal-kelba huwa l-ballun li jdoqq u tħobb tilgħab bil-ħabel li ttajru kullimkien.





Lill-kelba nieħu ħsiebha billi naħsilha, innaddfilha, indawwarha u nagħtiha x'tiekol u x'tixrob. Meta jiġrilha xi ħaġa mill-ewwel neħodha għand il-veterinarju jew ġieli mmoru għat-tilqima.




L-annimali nħobhom ħafna għax innoċenti u jħobbu lil kulħadd. Il-kelba tiegħi hija speċjali għax iżżommli kumpanija u tħobbni. Taħqrux l-annimali għax huma importanti daqsna u huma innoċenti iktar mill-bnedmin u jħobbu iktar milli suppost.