88Illum jiena kelli attivita' tal-iskola billi nagħmel figolla. Din l-attivita' bdiet fid-disgħa u kwart. Meta dħalna fis-sala, is-surmast spjegalna x'kienu jagħmlu fl-antik fuq l-ikel u kif issir il-figolla. Wara jiena mort ma' ommi u t-tfal l-oħra marru ħdejn il-ġenituri tagħhom. F'ħakka t'għajn tawna l-għaġina biex niftuha. Jiena għamiltha forma ta' qalb u l-oħrajn għamlu forma differenti, bħal forma ta' fenek. Wara li frixt l-għaġina fin-nofs tagħha għamilt il-mili tal-intrita u mbagħad jien għamilt għaġina oħra fuq il-mili bl-istess forma ta' qalb. Issa l-figolla kienet lesta imma kien fadal li ommi ssajarha fil-forn u nżejnuha biċ-ċikkulata u bil-bajd żgħir tal-Għid. Fl-aħħar meta kienet lesta l-figolla kelli seba' mitt sena biex nikolha mill-ewwel.

8888ph