28/10/2020

Safra mil-lisbaħ

Jiena mort safra mill-aqwa ma' ommi , missieri u ħija. Aħna morna Sqallija u żorna ħafna postijiet differenti. Il-ħin tar fuq l-ajruplan għax ħadna ħafna pjaċir. Morna Sqallija u tlaqna kmieni filgħodu.


F' din il-vaganza sabiħa ħadt miegħi l-flokk favorit tiegħi, il-ġugarelli, qliezet u libsa. L-idea biex insiefru kienet ta' ommi u missieri. L-ewwel ħaġa li għamilna kienet li morna fl-appartament tagħna imbagħad għamilt il-ħwejjeġ ġol- gwardarobba. Fil-bidu tal- vaganza laqatni l-aktar l-appartament għax kellu kollox organiżżat. Waqt il-vaganza morna fuq Etna u morna 'Etna Land' wkoll. Kollox baqa sejjer ħarir għax konna magħqudin bħala familja. Imma meta konna 'Etna Land' gidmitni żunżana. Waqt din is-safra sabiħa ħassejtni ferħana ħafna.


Kollox spiċċa b' wiċċ il ġid. Jien ħadt gost għax żorna postijiet sbieħ ħafna ġo Sqallija. Kieku jkolli nerġa' mmur żgur immur għax kienet safra li m'jien se ninsa qatt.