Ħarġa ma' sħabi tal-mużew

Kienet ġurnata sabiħa u s-superjur tal-mużew iddeċieda li jeħodna dawra mal-Belt Valletta. Il-ġurnata kienet il-Ħadd 3 ta' Marzu. Konna ilna ġimgħat nifthemu ħabba din il-ħarġa. Is-superjur tana karta biex jiffirmawilna tad-dar u fuq din il-karta kien hemm xi regolamenti wkoll.


Il-ġurnata waslet u konna mifthemin li niltaqgħu ħdejn il-bieb tal-mużew fit-tmienja ta' filgħodu. L-ewwel bdejna billi kellna quddiesa l- mużew stess. Wara s-superjur lestielna biċċa kejk u tazza ċikkulata sħuna. Għal ħabta tad-disgħa u kwart ġiet ix-xarabank għalina sabiex immorru l-belt. Is-superjur wissiena li kulħadd irid joqgħod ta' nies għaliex inkella darba oħra ma jħalliniex immorru. Wasalna l-Marsa u kien hemm ħafna traffiku u aħna bdejna ngergru. Komplejna mixjin u rajna li kien hemm ħabta bejn erba' karozzi u minħabba f'hekk kien hemm dak it-traffiku kollu.


Fl-aħħar wasalna l-Belt Valletta u morna mill-ewwel il-baraka ta' fuq. Kien hemm ħafna turisti u ħafna nies fuq il-bankijiet u għalhekk is-superjur iddeċieda li jeħodna x'imkien ieħor. Morna l-ġnien tal-biskuttin fejn hemmhekk ħadna l-brejk tagħna. Kien hemm ħafna ħamiem li beda jiġi jiekol il-frakk tal-ħobż. X'ħin kilna lgħabna naqra bil-ballun ukoll. Wara kien sar il-ħin sabiex ngħidu posta ruzarju wkoll.


Fl-erbgħa ta' waranofsinhar ġiet għalina x-xarabank sabiex immorru d-dar. Aħna bdejna ngergru għaliex bdejna nieħdu gost nilagħbu imma m'hemmx x'tagħmel, kellna nitilqu. Kienet ħarġa sabiħa ħafna u nixtieq li la jerġa' jiftaħ il-mużew nerġgħu mmorru ħarġa oħra.