Kif qattajt il-vaganzi tas-sajf


Meta bdew il-vaganzi tas-sajf, bdejt nistenna lil kuġinti biex tiġi Malta tara lili u l-ħija.


Meta ġiet kuġinti Malta, morna 'Splash & Fun'. L-aktar ħaġa li jien u ħija ħadna pjaċir meta morna 'Splash & Fun' kien il-'Lazy River'. Mort il-pixxi

na ma' ħija das-sajf u ħadna ħafna pjaċir inċafċfu fl-ilma. Sfortunatament, ma morniex baħar das-sajf minħabba l-bram, imma l-ġenituri tiegħi xtraw 'above-ground pool' għalija u għal ħija.


Morna l-festa ta' Sant Elena das-sajf u iltqajt ma' ħbiebi hemm' Imma issa se ngħidlek l-aqwa biċċa tal-vaganzi tas-sajf! Mort Għawdex mal-familja tiegħi u ħadt ħafna pjaċir! Meta konna Għawdex, qadna ġo razzett b'pixxina kbira! Ħadt sorpriża kbira meta rajt in-nannu tiegħi (li jibża ħafna mil-ilma) jinżel ġo l-pixxina, imma qagħad ġo l-ilma baxx. Meta konna Għawdex, dħalna ġo xelter u kien kbir immens!


Das-sajf kien l-aqwa sajf f'ħajti u nixtieq li s-sena ddieħla jerġa jkolli sajf sabiħ!