LEĦEN IT-TFAL

Spettaklu ta' talenti fl-iskola Primarja B taż--Żejtun.

Miktub minn Thais Catania

Fit-28 ta' Gunju, 2020, l-aħħar ġurnata tas-sena skolastika, ittella'

spettaklu ta' talent bl-isem ''Talent iż-Żejtun''. Dan sar fis-sala tal-

iskola primarja B u dam madwar erba' sigħat.Kien hemm sala

ppakjata u lanqas kien hemm fejn toqgħod labra.

F'dan l-ispettaklu setgħu jieħdu sehem l-istudenti tar-raba', l-ħames u

s-sitt sena. B'kollox ħadu sehem tletin parteċipant, għaxar

student minn kull sena. Kien hemm kull tip ta' talent bħall-

żfin, kant, akrobazija u maġija.

Ir-rebbieħ ta' dan l-ispettaklu kien parteċipant mir-raba' sena,

l-iżgħar wieħed fosthom. Dan għamel maġija u mpressjona lil

kullħadd u ħalla lin-nies b'ħalqhom miftuħ. Il-ġurija kollha

għażlu lilu bħala r-rebbieħ. Rebaħ trofew mill-isbaħ li fuqu kellu

l-arma tal-iskola.

Waqt din is-serata nġabru l-flus għal Puttinu u qabel spiċċa

l-ispettaklu is-surmast stieden lill-President ta' Malta jgħid

kemm inġabru flus. Huwa rringrazzja lil kullħadd għax

inġabret somma sabiħa.

Kien spettaklu organizzat tassew tajjeb u mexa kollox

ħarir. L-istudenti tal-iskola jixtiequ li dan għandu jibqa'

jsir kull sena.