Fil-Kantina tan-nanna


Ilbieraħ filgħodu l-kuġini u jiena morna għand in-nanna Lina. Meta konna hemmhekk u bdejna nitkellmu, indunajna li hemm kantina li qatt ma rajniha. Qalbna bdiet tħabbat sitta sitta u ddeċidejna li mmorru.


X'ħin iżilna kien hemm dlam cappa u quddiemi kien hemm tabella li tgħid: 'Tgħaddux għal hawn ġew.' Imma aħna xorta dħalna. F'kemm trodd salib smajna ħoss minn ħdejna. Morna niċċekjaw u sibna familja ta' monstri tgħix hemm.


Ma bżajniex u staqsejnihom x'qed jagħmlu hawn isfel. Għall-ewwel kienu se jattakawna imma reġgħu ħasbuha. Ma ridux iwieġbu u sparixxew min quddiem għajnejna. Kulħadd baqa' ċċassat. Imma xorta bqajna għaddejin u nfittxu. Kien hemm kaxxa sewda u kien ħiereġ id-dawl minnha. X'ħin ftaħniha rajna stampa tan-nanna Lina ma mara bid-demm ma' ħalqa.


Għalaqna l-kaxxa u qbadna niġru l'fuq. X'ħin konna għaddejin smajna l-istess ħoss tal-monstri. Ħrabna! Kulħadd kien qawwi u sħiħ imma kulħadd beda jgħid dwar dawk il-monstri u dak l-istampa. Ma ridniex insaqsu n-nanna għax tirrabja għalhekk baqet sigriet bejnietna u bqajna bil-kurżita minn fejn kienu ġew dawk il-monstri.