Vjaġġ fuq tal-linja


Illum fl-għaxra ta' filgħodu jien u l-mama' morna fuq tal-linja. Aħna ddeċidejna noqogħdu bilqiegħda f'wara tal-linja. Waqt li konna qegħdin ġol-linja, ma jkollokx ħafna affarijiet x'tagħmel, allura qgħadt nisma' d-diski.


Ġol-linja kien hemm ħafna nies, kbar u żgħar. Waqt il-vjaġġ, kien hemm raġel ibigħ l-ikel u kont qed inxomm riħa ta' pastizzi.


Waqt li waqfet il-linja telgħu raġel bi flokk aħmar u mara fuq is-siġġu tar-roti.

Bdejt nistħi ftit inkellem in-nies imma imbagħad kellimt lit-tifel.


Fl-aħħar wasalna fid-destinazzjoni tagħna. Jien ħassejtni tajba ħafna fuq il-linja. Nixtieq li nerġa' mmur!



abigail magro 6.2