Jien Triq ir-Republika

Jien Triq ir-Republika imma tista' tgħidli l-isbaħ triq f'Malta. Fuqi għandi ħafna ħwienet. It-toroq ta' ħdejja dejjem nismgħahom jitkellmu fuqi u jgħiru għalija.


Filgħodu jkolli bosta nies fuqi u ħafna minnhom jidħlu ġo ħwienet tal-ħwejjeġ. Xi kultant jkun hemm it-Terrimaxka u nħobb ħafna nisma' l-mużika tagħha li ddoqq.


Billejl jkun hemm kwiet taqtgħu b'sikkina. Għallinqas jkolli naqa ħin għall-paċi. Noqgħod nistrieħ u fl-istess ħin noqgħod naħseb u niftakar fil-gwerer u fiż-żmien il-Kavallieri.


Issa ġejna nitkellmu għall-isbaħ żminijiet u festi fis-sena. Toġobni bilfors il-festa ta' Jum ir-Republika. Festa għall-qalbi wkoll hija tal-Karnival għax jkun hemm folla nies fuqi u nkun mimlija bid-disinn u dekorazzjonijiet kkuluriti.


Fil-qorti, ħlief ġlied u għajjat ma nismax. F'ħanut tal-ġelat jmorru ħafna tfal ġo fih. Narahom joħorġu b'ġelat taċ-ċikkulata jew b'tazza bil-'white chocolate' bil-frawli. Kemm tgerger żaqqi! Nara nies jmorru ġol-ħanut tal-ħwejjeġ ta' Tommy Hilfiger. Narahom joħorġu bil-ħwejjeġ speċjalment in-nisa.