19/11/2020 Tikka Malti

Pg 36

                               Kejk bil-krema u bil-frawli


 Ingredjenti :                

1) Tliet bajdiet.

2) Kilo dqiq.

3) Kaxxa waħda biċċiet taċ-ċikkulata.

4) Tazza ilma.

5) Mitt grama trab taċ-ċikkulata.

6) Marġerina.

7) Krema.

8) Frawli.

9) 'baking powder'

Metodu :


1) Itfa kilo dqiq ġo bawl kbira u wara żid tazza ilma, mgħarfa marġerina u ibda ħawwad.

2) Ħawwad it-tliet bajdiet u żidhom mat-taħlita.

3) Itfa' l-ingredjenti li għandek kif għamilt u itfagħhom fil-magna biex tħawwad l-ingredjenti kollha u ixgħel il-magna għal ftit sekondi.

4) Wara itfa' fil-magna ċ-ċikkulata u l-'baking powder'.

5) Ħawwad kollox għal ħames minuti u sadanittant ixgħel il-forn ħalli jilħaq jisħon.

6) Itfa' it-taħlita ġo dixx u poġġieh fil-forn. Sajjar għal madwar tletin minuta.

7) Sakemm qed isir il-kejk ilħaq ħawwad il-krema u ilħaq qatta' l-frawli min-nofs.

8) Kif isir il-kejk itfa' il-krema fuqu, ferrex il-biċċiet taċ-ċikkulata fin-nofs u poġġi l-biċċiet tal-  frawli  madwar it-tarf tal-kejk.















Reċipjenti :

1)Bowl.

2)Magna li tħawwad l-ingredjenti.

3)Dixx.

4)Forn.

5)Kuċċarina biex tferrex iċ-ċikkulata u furketta biex tħawwad il-bajd.