Meta qomt minn fuq is-sodda, l-ewwel ħaġa li għamilt mort fil-banju biex ninħasel għax indunajt li llum mhux ħa tkun ġurnata ħafifa għax anke l-qattusa qegħda tlesti għall-ġlieda tagħna. Mort nixrob xarba ilma u kilt biċċa laħam biex inħossni b'saħħti. Kilt għadma biex insinn snieni. It-tnejn li aħna bdejna nippreparaw għall-ġlieda tajba.


Ma ħlejtx ħin u mort nittrenja malajr biex nara kif se nagħtiha u kif se nirbħilha. Naf li l-qattusa qegħda tagħmel l-istess ħaġa għax taf li għandha ċ-ċans titlef u allura jien bdejt nipprattika iktar minnha ħalli inwaqqaf il-ġlieda u nirbaħha malajr.


Ftehmna li se niltaqgħu fi nżul ix-xemx, u kont ftit eċitat biex nibdew. Wasalna u l-qattusa kienet tidher ippreparatha. Qabel ġieli għamiltli xi girfa 'l hemm u girfa 'l hawn imma kont determinat. Illum mhux bħas-soltu għax kont lest inpattihielha u jien kont se nirbaħ il-ġglieda u se naraha tibki. Għaddew ħafna ħsibijiet minn moħħi. Il-qattusa iżgħar minni fid-daqs u għalhekk tista' tiġri iktar minni imma jien iktar b'saħħti. Apparti minn hekk jien nista' nara iktar minnha.


Il-ħin biex nibdew wasal u f'kemm ilni ngħidlek wieħed, tnejn, tlieta girfitli saqajja....aħħ...u mbagħad widnejja ġabitomli f'banju demm. Jien fittixt nigdimha iżda f'daqqa waħda tgħidx kemm għajjat... aħħ kemm kien kiesaħ. Waħda mara waddbitilna barmil ilma ffriżat. Ħarisna lejn xulxin u tlaqna niġru.


Għalhekk kellna nerġgħu niftehmu biex nerġgħu nagħmluha! Id-darba li jmiss ma teħlisiex!

Il-Kelb u l-Qattusa

Josef Caruana