Silġa 1.

Għodwa waħda mort l-iskola u x' ħin ġejt lura d-dar lill-qattusa tiegħi ma sibthiex. Kont indunajt li l-bieb kien imbexxaq u bdejt ninkwieta. Ħriġt barra fit-triq u bdejt nuri r-ritratti lin-nies. Ħadd ma raha minbarra l-ġara tiegħi Tona. Qaltli li ratha dieħla ġol-ħanut tal-merċa. Dħalt hemm u rajtha ġol-friża tal-ġelat u bdiet tilgħaq kull ġelat li kien hemm. Jiena kont se mmut bid-daħk x'ħin rajta tilgħaq kull ġelat.


Ftaħt il-friża u ġbartha minn hemm. Kienet kiesħa silġ. Morna d-dar ħsiltha bil-misħun u ħallejtha tisħon f'xugaman. Wara tajtha tiekol u raqdet għax kienet għajjiena wara ġurnata bħal dik! Mhux ta' b'xejn kien jisimha Silġa! Sewwa jgħidu li wara l-maltemp jiġi l-bnazzi.