Dakinhar li mort is-suq man-nanniet.


Kull nhar t'Erbgħa fir-raħal tiegħi ż-Żejtun jarma s-suq. In-nanniet tiegħi iddeċidew li joħduni magħhom. Kien għadu qed ibexbex xħin in-nannu u n-nanna ġew bil-vann tan-nannu.


X' ħin wasalna kulumkien kien baħħ, kien hemm biss il-bejjiegħa. Wara kwarta bdew iffeġġu n-nies. Eżatti x' ħin wasalt rajt van qed jarma t-tinda u l-mejda. Fuqha beda jpoġġi ħafna ċekċiku rimiżalji. F'ġenb minnhom kien hemm riħa taqsam ta' ħut u f'daqqa waħda smajt lil Rosina tghajjat b'ħangra daqsiex. "Ejjew għall- ħut frisk". In-nanna waqfet zopptu fejn tal-ħut kif semet hekk.


Imxejnha ftit żgħira oħra u n-nannu waqaf fejn tal-kotba. Dan kellu kollox ħallata ballata, il-kotba kienu kollha ta' taħt fuq, u ma setax issib tarf. In-nannu spiċċa b'idu f'idu. Imxejnha erbgħa passi oħra u kien hemm ir-regettier. Jien waqaft biex nara x' għandu, hu kellu ritratti antiki tal-gwerra.

In-nannu ntefha jiġġebbed fil-prezz u kważi kważi ħadnijhom b'xejn.

X'ħin rajna hekk jien u in-nanna ġibna għajnejna wara widnejna.


Jien ħassejtni ferħan għax ħallewni nara l-affarijiet.

Jien qed nittama li meta nerġa ma jkollix skola immur is-suq man-nanniet.


..