Jum l- isport


Ilbieraħ, l- ewwel ta' Marzu mort ħarġa ma' tal- iskola il- Kumpless Sportiv ġewwa l- Birgu. Filghodu kont eċitata ħafna li kelli qalbi tħabbat mija mija biex nitla' fuq ix- xarabank. Kont ippreparajt basket b' ħafna ilma, ikel u xi ħaġa tajba. It- temp kien bnazzi imma ma kinitx se tagħmlilna differenza peressli konna se nkunu ġewwa.



Qabel morna qgħadna ftit fil- klassi nitkellmu fuq il- ħarġa. Wara ftit ġiet ix- xarabank għalina. Jien poġġejt ħdejn sħabi Zea u Ayana. Kellna vjaġġ qasir imma xorta ħadna gost! Xħin wasalna laqgħetna mara bjonda li qaltina biex nidħlu ġewwa imma xħin konna deħlin kien hemm raġel li qalilna biex nieħdu gost u li din ma kinitx kompetizzjoni u jien qbilt miegħu. Meta dħalna ġewwa poġġejna u bdejna nieklu, nitkellmu u nistennew sakemm qalulna biex ninżlu nilagħbu.



Kif sar il- ħin bdejna nilagħbu logħob fejn tqassamna, kellna wkoll logħob li wżajna blalen differenti fosthom tal- futbol, basketball, tennis u yoga. Wara ftit qabadni l- ġuħ allura ħadt ir- ruħ kif kien sar il- ħin għall- brejk. L- ikel taf kif niżilli għasel! Imbagħad erġajna morna nilagħbu.



F' tebqa t' għajn kien sar il- ħin li mmorru lura d- dar. Kif tar il- ħin bein attivita' u oħra! L- isbaħ logħba żgur kienet dik li bdew jgħidilna x' nagħmlu u l- itqal kienet dik li jkollok bżonn tieħu l- bean bags imma jkun hemm in- nies li ma jħallukx. Taf kemm ħadt gost imma kelli seba' mitt sena biex naqbeż fuq is- sodda bl- għajja li kelli!